Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0014

    Kawża F-14/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 175, 10.6.2014, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/54


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-14/14)

    2014/C 175/76

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Carrozzini, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    L-annullament tal-irkupru ta’ diversi ammonti mnaqqsa mill-allowance ta’ invalidità tar-rikorrenti għax-xhur ta’ April sa Settembru 2013.

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikont tal-pensjoni għax-xhur ta’ April sa Settembru 2013, dwar it-tnaqqis tal-allowance ta’ invalidità li kellu dritt għaliha r-rikorrent matul l-imsemmija xhur ta’ EUR 504,67 għax-xahar ta’ April, ta’ EUR 504,72 għax-xahar ta’ Mejju u ta’ EUR 508,38 għax-xhur ta’ Ġunju sa Settembru;

    sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjonijiet, irrispettivament mill-forom tagħhom, li jiċħdu l-ilmenti tas-16 ta’ Lulju 2013 u tas-7 ta’ Ottubru 2013, ippreżentati kontra d-deċiżjonijiet iċċitati;

    tannulla kull deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-24 ta’ Ottubru 2013, li tinkludi r-referenza “Ref. Ares(2013)3327388 – 24/10/2013” fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-ewwel paġna;

    tannulla kull deċiżjoni inkluża fl-ittra tas-17 ta’ Mejju 2013;

    tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somom segwenti: (1) EUR 504,67, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Mejju 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (2) EUR 504,72, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Ġunju 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (3) EUR 508,38, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Lulju 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (4) EUR 508,38, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Awwissu 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (5) EUR 508,38, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Settembru 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (6) EUR 508,38, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Ottubru 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


    Top