Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FB0138

Kawża F-138/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Polizzi vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin tas-servizz — Att li ma jikkawżax preġudizzju — Talba għal deċiżjoni mingħajr ma t-Tribunal jidħol fil-mertu tal-kawża — Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

ĠU C 364, 3.10.2016, pp. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/53


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – Polizzi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-138/14) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin tas-servizz - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Talba għal deċiżjoni mingħajr ma t-Tribunal jidħol fil-mertu tal-kawża - Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura))

(2016/C 364/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rosalba Polizzi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, sussegwentement G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tikkalkola d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, liema deċiżjoni tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Rosalba Polizzi għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 34, 2.2.2015, p. 55.


Top