Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FB0021

    Kawża F-21/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal- 11 ta’ Diċembru 2014 – Iliopoulou vs Europol (Servizz pubbliku — Persunal tal-Europol — Konvenzjoni Europol — Regolamenti tal-Persunal ta’ Europol — Deċiżjoni 2009/371/ĠAI — Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-aġenti tal-Europol — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat — Rifjut li jingħata kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat)

    ĠU C 34, 2.2.2015, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 34/49


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Iliopoulou vs Europol

    (Kawża F-21/14) (1)

    ((Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Konvenzjoni Europol - Regolamenti tal-Persunal ta’ Europol - Deċiżjoni 2009/371/ĠAI - Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-aġenti tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat - Rifjut li jingħata kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat))

    (2015/C 034/59)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Hariklia Iliopoulou (Wassenaar, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: J. Arnould u D. Neumann, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx, għal żmien indeterminat, il-kuntratt għal żmien determinat tar-rikorrenti u li l-Europol jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrenti d-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjoni li hija setgħet tirċievi li kieku baqgħet taħdem u l-allowances tal-qgħad jew kwalunkwe allowance oħra ta’ sostituzzjoni li hija rċeviet.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn H. Iliopoulou.

    3)

    H. Iliopoulou għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 184, 16/06/2014. P. 42.


    Top