Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FA0116

    Kawża F-116/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Murariu vs EIOPA (Servizz pubbliku — Persunal tal-EIOPA — Membru tal-persunal temporanju — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Rekwiżit ta’ esperjenza professjonali minima ta’ tmien snin — Kandidat intern li diġà ġie kkonfermat fil-funzjonijiet tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju fi tmiem stage — Assenjazzjoni provviżorja għall-impjieg il-ġdid li tfisser klassifikazzjoni fi grad ogħla — Żball materjali li jinsab fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Irtirar tal-offerta ta’ impjieg — Applikabbiltà tad-DĠI — Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal — Aspettattivi leġittimi)

    Information about publishing Official Journal not found, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/52


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Murariu vs EIOPA

    (Kawża F-116/14) (1)

    ((Servizz pubbliku - Persunal tal-EIOPA - Membru tal-persunal temporanju - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Rekwiżit ta’ esperjenza professjonali minima ta’ tmien snin - Kandidat intern li diġà ġie kkonfermat fil-funzjonijiet tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju fi tmiem stage - Assenjazzjoni provviżorja għall-impjieg il-ġdid li tfisser klassifikazzjoni fi grad ogħla - Żball materjali li jinsab fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Irtirar tal-offerta ta’ impjieg - Applikabbiltà tad-DĠI - Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal - Aspettattivi leġittimi))

    (2015/C 279/65)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Simona Murariu (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (rappreżentanti: C. Coucke, aġent, F. Tuytschaever, avukat)

    Suġġett

    It-talba għal annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur eżekuttiv tal-Awtorità Ewroprea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet (EIOPA) li tirtira deċiżjoni preċedenti li taħtar lir-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju fil-grad AD8 u talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2014 tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol hija annullata sa fejn:

    meta tinjora, f’relazzjoni kuntrattwali, id-drittijiet kweżiti u t-termini kuntrattwali, hija tiċħad retroattivament il-kandidatura ta’ S. Murariu għall-imppieg ta’ espert anzjan fil-pensjonijiet tax-xogħol (“senior expert on personal pensions”) u tirtira impliċitament l-offerta ta’ impjieg, taħt skema ta’ assenjazzjoni provviżorja, diġà aċċettata minn S. Murariu, li kienet saritilha fis-17 ta’ Lulju 2013;

    hija ċċaħħad lil S. Murariu mill-benefiċċju ta’ salarju li jikkorrispondi għall-grad AD 8 matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni provviżorja mis-16 ta’ Settembru 2013 sal-24 ta’ Frar 2014.

    2)

    Il-bqija tat-talbiet għal annullament huma miċħuda.

    3)

    L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol hija kkundannata li tikkumpensa d-dannu materjali lil S. Murariu, li sofriet bejn is-16 ta’ Settembru 2013 u l-24 ta’ Frar 2014, sal-ammont li jikkorrispondi għad-differenza fir-remunerazzjoni bejn il-gradi AD 6 u AD 8, miżjud bl-interessi moratorji, mis-16 ta’ Settembru 2013, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament matul il-perijodu kkonċernat u miżjuda b’żewġ punti.

    4)

    Il-kumplament tat-talbiet għall-kumpens huma miċħuda.

    5)

    L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata li tbati l-ispejjeż sostnuti minn S. Murariu.


    (1)  ĠU C 26, 26.01.2015, p. 47.


    Top