EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FA0112

Kawża F-112/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – EJ vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal — Regolament Nru 1023/2013 — Tipi ta’ pożizzjonijiet — Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet — Artikolu 30(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Amministraturi ġuristi fil-grad AD 13 tas-Servizz Ġuridiku tal-Kummissjoni — Sitwazzjoni tal-“Konsulenti Ġuridiċi” u tal-“membri tas-Servizz Ġuridiku” — Modalitajiet ta’ aċċess għall-grad AD 13 taħt ir-Regolamenti tal-Persunal tal-2004 — Promozzjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal — Ħatra skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet “konsulent jew ekwivalenti” u “amministratur fi tranżizzjoni” — Att li jikkawża preġudizzju — Kunċett ta’ “responsabbiltajiet sinifikanti” — Kunċett ta’ “responsabbiltajiet speċjali” — Ugwaljanza fit-trattament — Eliġibbiltà għall-promozzjoni għall-grad AD 14 — Aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ ċertezza legali)

ĠU C 279, 24.8.2015, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/51


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – EJ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-112/14) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament Nru 1023/2013 - Tipi ta’ pożizzjonijiet - Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet - Artikolu 30(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Amministraturi ġuristi fil-grad AD 13 tas-Servizz Ġuridiku tal-Kummissjoni - Sitwazzjoni tal-“Konsulenti Ġuridiċi” u tal-“membri tas-Servizz Ġuridiku” - Modalitajiet ta’ aċċess għall-grad AD 13 taħt ir-Regolamenti tal-Persunal tal-2004 - Promozzjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Ħatra skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet “konsulent jew ekwivalenti” u “amministratur fi tranżizzjoni” - Att li jikkawża preġudizzju - Kunċett ta’ “responsabbiltajiet sinifikanti” - Kunċett ta’ “responsabbiltajiet speċjali” - Ugwaljanza fit-trattament - Eliġibbiltà għall-promozzjoni għall-grad AD 14 - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ ċertezza legali))

(2015/C 279/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: EJ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, C. Ehrbar u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li jikklassifikaw lir-rikorrenti, skont ir-regoli l-ġodda ta’ karriera u promozzjoni applikabbli wara r-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014, fit-tip ta’ pożizzjoni “amministratur prinċipali fi tranżizzjoni” u li jċaħħduhom, skonthom, milli jkunu eliġibbli għall-promozzjoni għall-grad AD 14, u sussegwentement għall-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet individwali, kif ikkonkretizzati permezz ta’ nota mdaħħla wara l-1 ta’ Jannar 2014 fil-fajls individwali kkompjuterizzati tar-rikorrenti, adottati mill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea u li jikklassifikaw lil EJ u lir-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom, reżi anonimi, jinsabu fl-anness, fil-pożizzjoni intitolata, fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, “amministratur prinċipali fi tranżizzjoni”, li tikkorrispondi għat-tip ta’ pożizzjoni “amministratur fi tranżizzjoni” skont ir-Regolamenti tal-Persunal, huma annullati.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn EJ u mir-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom, reżi anonimi, jinsabu fl-anness.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015, p. 47.


Top