Vyberte si experimentálne prvky, ktoré chcete vyskúšať

Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex

Dokument 62014FA0092

    Kawża F-92/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Settembru 2015 – Weissenfels vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors għad-danni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni — Kontenut ta’ posta elettronika mibgħuta mill-aministrazzjoni lil uffiċjal pensjonant — Preġudizzju għall-unur tar-rikorrent — Assenza — Trażmissjoni mill-membri tal-persunal li jirrapreżentaw l-istituzzjoni, ta’ informazzjoni dwar ir-rikorrent lill-avukat tiegħu fil-kuntest ta’ proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Ksur tar-Regolament Nru 45/2001 — Dikjarazzjonijiet fattwali foloz)

    ĠU C 363, 3.11.2015, s. 49 – 49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 363/49


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Settembru 2015 – Weissenfels vs Il-Parlament

    (Kawża F-92/14) (1)

    ((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - Kontenut ta’ posta elettronika mibgħuta mill-aministrazzjoni lil uffiċjal pensjonant - Preġudizzju għall-unur tar-rikorrent - Assenza - Trażmissjoni mill-membri tal-persunal li jirrapreżentaw l-istituzzjoni, ta’ informazzjoni dwar ir-rikorrent lill-avukat tiegħu fil-kuntest ta’ proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali - Ksur tar-Regolament Nru 45/2001 - Dikjarazzjonijiet fattwali foloz))

    (2015/C 363/58)

    Lingwa tal-kawża:Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Roderich Weissenfels (Fribourg-en-Brisgau, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Maximini, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Steele u S. Seyr, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    It-talba, minn naħa, tal-annullament tar-rifjut mill-Parlament Ewropew tat-talba tar-rikorrent intiża għal kumpens għad-dannu subit minħabba l-ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tiegħu u tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 45/2001 matul it-trattament ta’ kawża preċedenti u, min-naħa l-oħra, it-talba għad-danni morali allegatament subiti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    R. Weissenfels għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


    (1)  ĠU C 448, 15/12/2014, p. 40.


    Začiatok