Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0572

    Kawża C-572/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fil- 11 ta’ Diċembru 2014 – Austro-Mechana Gesellschaft zur Wahrnehmung mechanisch-musikalischer Urheberrechte Gesellschaft mbH vs Amazon EU Sàrl  et

    ĠU C 81, 9.3.2015, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 81/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fil-11 ta’ Diċembru 2014 – Austro-Mechana Gesellschaft zur Wahrnehmung mechanisch-musikalischer Urheberrechte Gesellschaft mbH vs Amazon EU Sàrl et

    (Kawża C-572/14)

    (2015/C 081/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Austro-Mechana Gesellschaft zur Wahrnehmung mechanisch-musikalischer Urheberrechte Gesellschaft mbH

    Konvenuti: Amazon EU Sàrl, Amazon Services Europe Sàrl, Amazon.de GmbH, Amazon Logistik GmbH, Amazon Media Sàrl

    Domanda preliminari

    L-obbligu ta’ ħlas ta’ “kumpens ġust” fis-sens tal-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (1) li, skont id-dritt Awstrijak, jaqa’ fuq l-impriżi li jwettqu l-ewwel distribuzzjoni ta’ mezzi ta’ reġistrazzjoni fit-territorju nazzjonali, għal finijiet kummerċjali u bi ħlas, huwa obbligu li jirriżulta minn “delitt jew kważi delitt” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (2)?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


    Top