Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0569

    Kawża C-569/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil n ° 3 de Barcelona (Spanja) fid- 9 ta’ Diċembru 2014 – Jordi Carné Hidalgo u Anna Aracil Gracia vs Catalunya Banc, S.A.

    ĠU C 46, 9.2.2015, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/35


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil no 3 de Barcelona (Spanja) fid-9 ta’ Diċembru 2014 – Jordi Carné Hidalgo u Anna Aracil Gracia vs Catalunya Banc, S.A.

    (Kawża C-569/14)

    (2015/C 046/41)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado Mercantil no 3 de Barcelona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Jordi Carné Hidalgo u Anna Aracil Gracia

    Konvenut: Catalunya Banc, S.A.

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 43 tal-Liġi Spanjola dwar il-proċedura ċivili, li jipprekludi lil qorti milli tipproponi lill-partijiet sospensjoni eventwali tal-proċeduri ċivili meta qorti jew tribunal ieħor ikun ressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jikkostitwixxi limitazzjoni ċara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KEE (1), fir-rigward tad-dmir tal-Istati Membri li jiżguraw li, fl-interess tal-konsumaturi u tal-kompetituri, jkunu jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jieqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri?

    2)

    L-Artikolu 721.2 tal-Liġi Spanjola dwar il-proċedura ċivili, li jipprekludi lil qorti milli tadotta jew tipproponi ex officio l-adozzjoni ta’ mizuri kawtelatorji fi proċeduri individwali li fihom ikun qed jintalab l-annullament ta’ kundizzjoni ġenerali minħabba li din hija inġusta, jikkostitwixxi limitazzjoni ċara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KEE, fir-rigward tad-dmir tal-Istati Membri li jiżguraw li, fl-interess tal-konsumaturi u tal-kompetituri, jkunu jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jieqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri?

    3)

    L-effetti tal-miżuri kawtelatorji li jistgħu jiġu adottati, kemm jekk ex offiċio kemm jekk fuq talba tal-partijiet, fil-kuntest ta’ proċedura li tinvolvi azzjoni individwali, għandhom jiġu estiżi sa ma tingħata deċiżjoni definittiva fil-proċedura individwali, jew inkella fi proċedura kollettiva li taffettwa l-eżerċizzju tal-azzjonijiet individwali, bil-għan li jiġu żgurati l-mezzi adegwati u effettivi previsti fl-imsemmi Artikolu 7 tal-imsemmija Direttiva?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)


    Top