Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0497

    Kawża C-497/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Torino (l-Italja) fis- 7 ta’ Novembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Stefano Burzio

    ĠU C 34, 2.2.2015, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 34/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Torino (l-Italja) fis-7 ta’ Novembru 2014 – proċeduri kriminali kontra Stefano Burzio

    (Kawża C-497/14)

    (2015/C 034/08)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale ordinario di Torino

    Parti fil-kawża prinċipali

    Stefano Burzio

    Domanda preliminari

    Fis-sens tal-Artikolu 4 [tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali] u tal-Artikolu 50 [tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea], hija konformi mad-dritt Komunitarju, id-dispożizzjoni ta’ [l-Artikolu 10a tad-digriet leġizlattiv tal-10 ta’ Marzu 2000, Nru 74], safejn din tippermetti li jsir l-eżami tar-responsabbiltà kriminali ta’ persuna li, għall-istess fatt (omissjoni [tal-]ħlas ta’ somom), tkun diġà ġiet issuġġettata għal sanzjoni amministrattiva irrevokabbli prevista f’[l-Artikolu 13(1) tad-digriet leġiżlattiv tat-18 ta’ Diċembru 1997, Nru 471] (b’applikazzjoni ta’ żieda)?


    Top