Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0475

    Kawża C-475/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiojo Teismo (Il-Litwanja) fis- 17 ta’ Ottubru 2014 – AAS Gjensidige Baltic, li taġixxi permezz ta’ AAS Gjensidige Baltic Lietuvos filialas vs UAB DK PZU Lietuva

    ĠU C 7, 12.1.2015, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 7/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiojo Teismo (Il-Litwanja) fis-17 ta’ Ottubru 2014 – AAS Gjensidige Baltic, li taġixxi permezz ta’ AAS Gjensidige Baltic Lietuvos filialas vs UAB DK PZU Lietuva

    (Kawża C-475/14)

    (2015/C 007/20)

    Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Appellanti: AAS Gjensidige Baltic agissant par l’intermédiaire de AAS Gjensidige Baltic Lietuvos filialas

    Appellata: UAB DK PZU Lietuva

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 14(b) tad-Direttiva 2009/103/KE (1) jistabbilixxi regola ta’ kunflitti tal-liġijiet, li tapplika, ratione personae, mhux biss fir-rigward tal-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku, iżda wkoll sabiex tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli għar-relazzjoni ta’ bejn l-assiguraturi tal-vetturi li jkunu kkawżaw id-dannu u din ir-regola ta’ kunflitti tikkostitwixxi regola speċjali fir-rigward tar-regoli ta’ kunflitti tal-liġijiet stabbiliti fir-Regolament Ruma I (2) u Ruma II (3)?

    2)

    F’każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, jeħtieġ li jiġi ċċarat jekk ir-relazzjoni eżistenti f’din il-kawża bejn l-assiguraturi tistax tiġi kklassifikata bħala “obbligazzjoni kuntrattwali” fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Ruma I. Jekk ir-relazzjoni bejn assiguraturi taqa’ taħt il-kunċett ta’ “obbligazzjoni kuntrattwali”, jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk din ir-relazzjoni legali hijiex ikkunsidrata bħala li taqa’ taħt kuntratti ta’ assigurazzjoni u jekk il-liġi applikabbli għandhiex tiġi ddeterminata skont regoli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament Ruma I.

    3)

    F’każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel żewġ domandi, hemm lok li jiġi ċċarat jekk, f’każ ta’ kawża għall-irkupru, ir-relazzjoni bejn l-assiguraturi ta’ assjem ta’ vetturi magħquda taqax taħt il-kunċett ta’ “obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali” fis-sens tar-Regolament Ruma II u jekk din ir-relazzjoni għandhiex tiġi kkunsidrata bħala relazzjoni legali dderivata, li tirriżulta mill-inċident tat-traffiku (fatt dannuż) għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Ruma II. F’każ bħal dak ineżami fil-kawża odjerna, l-assiguraturi tal-assjem tal-vetturi magħquda għandhom jiġu kkunsidrati bħala debituri responsabbli abbażi tal-istess obbligazzjoni fis-sens tal-Artikolu 20 tar-Regolament Ruma II u l-liġi applikabbli għar-relazzjoni eżistenti bejniethom għandha tiġi ddeterminata skont din ir-regola?


    (1)  Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, p. 11)

    (2)  Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, p. 6).

    (3)  Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠUL 199, p. 40).


    Top