Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0242

    Kawża C-242/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Mannheim (il-Ġermanja) fid- 19 ta’ Mejju 2014 – Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH vs Firma Gerhard und Jürgen Vogel GbR, Jürgen Vogel u Gerhard Vogel

    ĠU C 303, 8.9.2014, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 303/9


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Mannheim (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Mejju 2014 – Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH vs Firma Gerhard und Jürgen Vogel GbR, Jürgen Vogel u Gerhard Vogel

    (Kawża C-242/14)

    2014/C 303/12

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Mannheim

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

    Konvenuti: Firma Gerhard und Jürgen Vogel GbR, Jürgen Vogel, Gerhard Vogel

    Domandi preliminari

    1)

    Bidwi li jkun għamel użu minn materjal ta’ propagazzjoni miksub minn varjetà ta’ pjanta protetta, mingħajr ma jkun ikkonkluda kuntratt mal-proprjetarju għal dawn il-finijiet, huwa marbut iħallas kumpens raġonevoli fis-sens tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (1), tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, u jekk ikun aġixxa b’intenzjoni jew b’negliġenza, għandu jikkumpensa d-dannu kkawżat mill-ksur tad-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti fis-sens tal-Artikolu 94(2) tal-imsemmi regolament, fejn, fil-mument tal-użu effettiv tal-prodott tal-ħsad għall-finijiet ta’ propagazzjoni fil-beraħ, huwa ma jkunx għadu ssodisfa l-obbligu tiegħu ta’ ħlas ta’ remunerazzjoni raġonevoli (ammont dovut għall-kultivazzjoni) taħt ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament flimkien mal-Artikoli 5 et seq tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95 (2), tal-24 ta’ Lulju 1995, li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti?

    2)

    Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fis-sens li l-bidwi jista’ jissodisfa l-obbligu tiegħu ta’ ħlas ta’ remunerazzjoni raġonevoli dovuta għall-kultivazzjoni anki wara l-użu effettiv tal-prodott tal-ħsad għall-finijiet tal-propagazzjoni fil-beraħ, l-imsemmija dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li jistabbilixxu terminu li fih il-bidwi li jkun għamel użu minn materjal ta’ propagazzjoni miksub minn varjetà ta’ pjanta protetta għandu jissodisfa l-obbligu ta’ ħlas ta’ remunerazzjoni raġonevoli sabiex il-kultivazzjoni titqies li hija “awtorizzata” fis-sens tal-Artikolu 94(1) flimkien mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 63.


    Top