Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0135

    Kawża C-135/14: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    ĠU C 175, 10.6.2014, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/26


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża C-135/14)

    2014/C 175/33

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, W. Mölls, u D. Bianchi, aġenti)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1385/2013, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009, (UE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1);

    iżżomm l-effetti tar-Regolament (UE) Nru 1385/2013 sad-dħul fis-seħħ ta’ regolament ġdid ibbażat fuq il-bażijiet legali xierqa;

    tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-Kummissjoni titlob l-annullament tar-Regolament (UE) Nru 1385/2013 li l-Kunsill adotta fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349 TFUE.

    Il-Kummissjoni tikkritika lill-Kunsill talli adotta dan ir-regolament filwaqt li hija kienet ipproponiet li dan l-att jiġi bbażat fuq bażijiet legali settorjali, jiġifieri l-Artikoli 43(2) u 168(4)(b) TFUE.

    Hija tqis li, skont l-iskop u l-għan tar-regolament ikkontestat, l-Artikolu 349 TFUE ma jistax jintuża b’mod validu bħala bażi legali. Dan l-aħħar Artikolu 349 TFUE japplika biss meta jkun hemm deroga mill-prinċipju ta’ applikazzjoni tad-dritt primarju għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif stabbilit fl-Artikolu 355(1) TFUE. Issa, kulma jagħmel ir-regolament inkwistjoni, mingħajr ma jidderoga mit-Trattati, huwa li jadatta d-dritt sekondarju sabiex jirrispondi għas-sitwazzjoni maħluqa bil-bdil tal-istatus tal-Majott. Din l-interpretazzjoni hija appoġġata mhux biss mill-formulazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE, iżda wkoll mis-sistema tal-bażijiet legali tat-Trattat, kif ukoll mill-oriġini storiċi ta’ dan l-artikolu.


    (1)  ĠU L 354, p. 86.


    Top