This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0130
Case C-130/14: Action brought on 20 March 2014 — European Commission v Kingdom of Belgium
Kawża C-130/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
Kawża C-130/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
ĠU C 159, 26.5.2014, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
26.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 159/16 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-130/14)
2014/C 159/22
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls, J.-F. Brakeland, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
|
— |
tikkonstata li, billi żamm regoli li jirrifjutaw lill-persuni taxxabbli mhux residenti, li d-dħul tagħhom huwa esklużivament jew kważi esklużivament miksub fil-Belġju (reġjun tal-Wallonie), il-benefiċċju ta’ tnaqqis ta’ taxxa fuq it-taxxa ta’ persuni fiżiċi mogħti lill-persuni taxxabbli residenti abitanti tar-reġjun tal-Wallonie skont id-digriet tat-3 ta’ April 2009 li jistabbilixxi l-Fond tal-Investiment ta’ Wallonie u li jipprovdi tnaqqis tat-taxxa ta’ persuni fiżiċi f’każ ta’ sottoskrizzjoni ta’ azzjonijiet jew ta’ obbligi tal-Fond, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt l-Artikolu 28 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, |
|
— |
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ digriet tar-reġjun tal-Wallonie, tat-3 ta’ April 2009, tnaqqis tat-taxxa għas-sottoskrizzjoni ta’ azzjonijiet jew ta’ obbligi maħruġa mill-Fond tal-Investiment tal-Wallonie huwa mogħti biss lir-residenti tar-reġjun tal-Wallonie. Il-Kummissjoni tqis li tali mekkaniżmu jikkostitwixxi diskriminazzjoni fir-rigward tal-persuni taxxabbli mhux residenti li d-dħul tagħhom huwa esklużivament jew kważi esklużivament miksub fil-Belġju. Bħala konsegwenza, huwa inkompatibbli mal-Artikoli 45 TFUE u 28 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Schumacker (1) u Wielockx (2).
(1) Sentenza Schumacker, C-279/93, EU:C:1995:31.
(2) Sentenza Wielockx, C-80/94, EU:C:1995:271.