Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0119

    Kawża C-119/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit- 12 ta’ Marzu 2013 – Henricus Cornelis Maria Niessen et vs Condor Flugdienst GmbH

    ĠU C 159, 26.5.2014, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 159/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Marzu 2013 – Henricus Cornelis Maria Niessen et vs Condor Flugdienst GmbH

    (Kawża C-119/14)

    2014/C 159/18

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Rüsselsheim

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Henricus Cornelis Maria Niessen, Angelique Francisca Niessen Steeghs, Melissa Alexandra Johanna Niessen, Kenneth Gerardus Henricus Niessen

    Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

    Domandi preliminari

    1)

    L-interventi minn terzi li jaġixxu fuq responsabbiltà tagħhom stess u li ġew fdati b’kompiti relatati mal-attivitajiet ta’ trasportatur tal-ajru jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (1)?

    2)

    Fil-każ li l-ewwel domanda teħtieġ risposta pożittiva, huwa importanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni li jkun magħruf minn min (kumpannija tal-ajru, operatur tal-ajruport, etc) ġie inkarigat it-terz?


    (1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li [...] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


    Top