Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0074

    Kawża C-74/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl- 10 ta’ Frar 2014 – UAB “Eturas” et vs Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba

    ĠU C 142, 12.5.2014, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 142/16


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Frar 2014 – UAB “Eturas”et vs Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba

    (Kawża C-74/14)

    2014/C 142/22

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: UAB “Eturas”et

    Konvenuta: Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba

    Terzi intervenjenti fil-proċedura: UAB “Aviaeuropa”, UAB “Grand Voyage”, UAB “Kalnų upė”, UAB “Keliautojų klubas”, UAB “Smaragdas travel”, UAB “700LT”, UAB “Aljus ir Ko”, UAB “Gustus vitae”, UAB “Tropikai”, UAB “Vipauta”, UAB “Vistus”

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ fejn operaturi ekonomiċi jipparteċipaw f’sistema ta’ informazzjoni komuni bħal dik deskritta f’dan il-każ u fejn il-Kunsill għall-kompetizzjoni jipprova li avviż tas-sistema fuq limitazzjoni tal-iskontijiet ixxandar fi ħdan din is-sistema u restrizzjoni teknika stabbilita għad-dħul informatiku tar-rata tal-iskontijiet, jista’ jiġi preżunt li dawn l-operaturi kienu jafu jew kellhom neċessarjament ikunu jafu bl-avviż imxandar u li, billi ma opponewx ruħhom għal-limitazzjoni tal-iskontijiet imwettqa, huma qablu magħha b’mod taċitu, u dan jippermetti li huma jinżammu responsabbli għal prattika mifthiema fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE?

    2)

    Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, liema huma l-fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi deċiż jekk operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw f’sistema komuni ta’ informazzjoni f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jipparteċipawx fi prattika miftiehma fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE?


    Top