Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0071

    Kawża C-71/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Information Rights) (ir-Renju Unit) fl- 10 ta’ Frar 2014 – East Sussex County Council vs The Information Commissioner, Property Search Group, Local Government Association

    ĠU C 102, 7.4.2014, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 102/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Information Rights) (ir-Renju Unit) fl-10 ta’ Frar 2014 – East Sussex County Council vs The Information Commissioner, Property Search Group, Local Government Association

    (Kawża C-71/14)

    2014/C 102/34

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    First-tier Tribunal (Information Rights)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: East Sussex County Council

    Konvenuti: The Information Commissioner, Property Search Group, Local Government Association

    Domandi preliminari

    1.

    Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/4/KE (1)? B’mod partikolari, tariffa ta’ ammont raġonevoli imposta għall-provvista ta’ tip partikolari ta’ informazzjoni fil-qasam tal-ambjent tista’ tinkludi:

    a)

    parti mill-ispejjeż sostnuti għaż-żamma ta’ database li hija użata mill-awtorità pubblika bil-għan li twieġeb għat-talbiet għall-informazzjoni ta’ dan it-tip;

    b)

    l-ispejjeż ġenerali attribwibbli għall-ħin tal-persunal, meħudin inkunsiderazzjoni b’mod adegwat fid-determinazzjoni tal-tariffa?

    2.

    Huwa kompatibbli mal-Artikolu 5(2) u mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4/KE, li Stat Membru jipprovdi fil-leġiżlazzjoni tiegħu li awtorità pubblika tista’, għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni fil-qasam tal-ambjent, timponi l-ħlas ta’ ammont li “[…] ma jeċċedix ammont li l-awtorità pubblika tikkunsidra raġonevoli”, jekk id-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar dwar dak li jikkostitwixxi “ammont raġonevoli” tkun suġġetta għal stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju kif ipprovdut fid-dritt Ingliż?


    (1)  Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375).


    Top