EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CB0585

Kawżi Magħquda C-585/14, C-587/14 u C-588/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj) – (ir-Rumanija) – Petru Chiş (C-585/14), Aurel Moldovan (C-587/14) vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj u Sergiu Octav Constantinescu (C-588/14) vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sălaj (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxi interni — Artikolu 110 TFUE — Taxxa miġbura mill-Istat Membru fuq il-karozzi mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom jew mal-ewwel trasferiment tad-dritt għall-proprjetà — Newtralità fiskali bejn il-karozzi użati li joriġinaw minn Stati Membri oħra u l-karozzi simili disponibbli fis-suq nazzjonali)

ĠU C 398, 30.11.2015, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj) – (ir-Rumanija) – Petru Chiş (C-585/14), Aurel Moldovan (C-587/14) vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj u Sergiu Octav Constantinescu (C-588/14) vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sălaj

(Kawżi Magħquda C-585/14, C-587/14 u C-588/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa miġbura mill-Istat Membru fuq il-karozzi mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom jew mal-ewwel trasferiment tad-dritt għall-proprjetà - Newtralità fiskali bejn il-karozzi użati li joriġinaw minn Stati Membri oħra u l-karozzi simili disponibbli fis-suq nazzjonali))

(2015/C 398/10)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Petru Chiş (C-585/14), Aurel Moldovan (C-587/14), Sergiu Octav Constantinescu (C-588/14)

Konvenuti: Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj (C-585/14, C-587/14), Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sălaj (C-588/14)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix Stat Membru milli jistitwixxi taxxa fuq il-karozzi, bħal dik prevista mil-Liġi Nru 9/2012, tas-6 ta’ Jannar 2012, dwar it-taxxa fuq l-emissjonijiet inkwinanti tal-karozzi (Legea nr. 9/2012 privind taxa pentru emisiile poluante provenite de la autovehicule), li tolqot il-karozzi użati importati mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru u l-karozzi diġà rreġistrati fl-imsemmi Stat Membru mal-ewwel trasferiment fl-istess Stat tad-dritt ta’ proprjetà fuq dawn tal-aħħar.

2)

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi Stat Membru milli jeżenta minn taxxa, bħal dik prevista mil-Liġi Nru 9/2012, il-karozzi diġà rreġistrati li għalihom kienet tħallset taxxa preċedentement fis-seħħ, meta l-ammont residwu ta’ din l-aħħar taxxa inkorporat fil-valur ta’ dawn il-vetturi huwa inferjuri għall-ammont tat-taxxa l-ġdida. Dan huwa neċessarjament il-każ meta t-taxxa preċedenti kellha tkun is-suġġett ta’ rimbors bl-interessi minħabba l-inkompatibbiltà tagħha mad-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 107, 30.3.2015.


Top