Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0407

Kawża C-407/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social n° 1 de Córdoba – Spanja) – María Auxiliadora Arjona Camacho vs Securitas Seguridad España SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2006/54/KE — Ugwaljanza fit-trattament tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol — Tkeċċija diskriminatorja — Artikolu 18 — Kumpens jew riparazzjoni għad-dannu sostnut effettivament — Natura dissważiva — Artikolu 25 — Sanzjonijiet — Danni punittivi)

ĠU C 68, 22.2.2016, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 1 de Córdoba – Spanja) – María Auxiliadora Arjona Camacho vs Securitas Seguridad España SA

(Kawża C-407/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza fit-trattament tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol - Tkeċċija diskriminatorja - Artikolu 18 - Kumpens jew riparazzjoni għad-dannu sostnut effettivament - Natura dissważiva - Artikolu 25 - Sanzjonijiet - Danni punittivi))

(2016/C 068/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Córdoba

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Auxiliadora Arjona Camacho

Konvenuta: Securitas Seguridad España SA

Dispożittiv

L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex id-dannu sostnut minħabba diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess issir riparazzjoni effettiva tiegħu jew jingħata kumpens effettiv b’mod dissważiv u proporzjonat, dan l-artikolu jimponi fuq l-Istati Membri li jagħżlu l-forma pekunjarja l-obbligu li fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tagħhom jintroduċu, skont il-modalitajiet li huma jistabbilixxu, miżuri li jipprevedu l-ħlas, lill-persuna leża, ta’ danni li jkopru b’mod totali d-dannu sostnut.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


Top