Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0304

    Kawża C-304/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London – ir-Renju Unit) – Secretary of State for the Home Department vs CS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 20 TFUE — Ċittadin ta’ Stat terz li għandu l-kustodja ta’ wild ta’ età żgħira, ċittadin tal-Unjoni — Dritt ta’ residenza fl-Istat Membru li tiegħu l-wild huwa ċittadin — Kundanni kriminali tal-ġenitur tal-wild — Deċiżjoni ta’ tkeċċija tal-ġenitur li għandha bħala konsegwenza t-tkeċċija indiretta tal-wild ikkonċernat)

    ĠU C 419, 14.11.2016, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 419/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London – ir-Renju Unit) – Secretary of State for the Home Department vs CS

    (Kawża C-304/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 20 TFUE - Ċittadin ta’ Stat terz li għandu l-kustodja ta’ wild ta’ età żgħira, ċittadin tal-Unjoni - Dritt ta’ residenza fl-Istat Membru li tiegħu l-wild huwa ċittadin - Kundanni kriminali tal-ġenitur tal-wild - Deċiżjoni ta’ tkeċċija tal-ġenitur li għandha bħala konsegwenza t-tkeċċija indiretta tal-wild ikkonċernat))

    (2016/C 419/03)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) London

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Secretary of State for the Home Department

    Konvenut: CS

    Dispożittiv

    L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li jimponi t-tkeċċija mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, għal Stat ieħor, ta’ ċittadin ta’ tali Stat li ġie suġġett għal kundanna kriminali, filwaqt li dan għandu l-kustodja effettiva ta’ wild ta’ età żgħira, ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, li huwa jirrisjedi fih sa minn twelidu mingħajr ma eżerċita d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu, meta t-tkeċċija tal-persuna kkonċernata timponi fuq dan il-wild it-tluq mit-territorju tal-Unjoni Ewropea, b’hekk iċċaħħdu mit-tgawdija ġenwina tas-sustanza tad-drittijiet tiegħu bħala ċittadin tal-Unjoni. Madankollu, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, Stat Membru jista’ jadotta miżura ta’ tkeċċija sakemm din tkun ibbażata fuq l-aġir personali ta’ dan iċ-ċittadin ta’ Stat terz, li għandu jikkostitwixxi theddida ġenwina, attwali u gravi biżżejjed li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru, u li tistrieħ fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi differenti inkwistjoni, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.


    (1)  ĠU 315, 15.9.2014


    Top