Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0264

    Kawża C-264/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Iżvezja) – Skatteverket vs David Hedqvist Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 2(1)(ċ) u 135(1)(d) sa (f) — Servizzi bi ħlas — Tranżazzjonijiet ta’ skambju tal-munita virtwali “bitcoin” kontra muniti tradizzjonali — Eżenzjoni

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Iżvezja) – Skatteverket vs David Hedqvist

    (Kawża C-264/14) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 2(1)(ċ) u 135(1)(d) sa (f) - Servizzi bi ħlas - Tranżazzjonijiet ta’ skambju tal-munita virtwali “bitcoin” kontra muniti tradizzjonali - Eżenzjoni)

    (2015/C 414/08)

    Lingwa tal-kawża: Iż-Żvediż

    Qorti tar-rinviju

    Högsta förvaltningsdomstolen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Skatteverket

    Konvenut: David Hedqvist

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu provvisti ta’ servizzi bi ħlas, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tranżazzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsistu fl-iskambju ta’ valuti tradizzjonali kontra unitajiet tal-valuta virtwali “bitcoin”, u viċe versa, li jsiru kontra l-ħlas ta’ somma li tikkorrispondi għall-marġni magħmul mid-differenza bejn, minn naħa, il-prezz li fih l-operatur ikkonċernat jixtri l-valuti u, min-naħa l-oħra, il-prezz li fih ibiegħhom lill-klijenti tiegħu.

    2)

    L-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li provvisti ta’ servizzi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsistu fl-iskambju ta’ valuta tradizzjonali kontra unitajiet tal-valuta virtwali “bitcoin”, u viċe versa, li jsiru kontra l-ħlas ta’ somma li tikkorrispondi għall-marġni magħmul mid-differenza bejn, minn naħa, il-prezz li fih l-operatur ikkonċernat jixtri l-valuti u, min-naħa l-oħra, il-prezz li fih ibiegħ lill-klijenti tiegħu, jikkostitwixxu tranżazzjonijiet eżentati mill-VAT, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

    L-Artikolu 135(1)(d) u (f) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li tali provvisti ta’ servizzi ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.


    (1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


    Top