Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0215

    Kawża C-215/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – Ir-Renju Unit) – Société de Produits Nestlé SA vs Cadbury UK Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade marks — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 3(3) — Kunċett ta’ “karattru distintiv miksub permezz tal-użu” — Trade mark tridimensjonali — Wajfer taċ-ċikkulata b’erba’ bars Kit Kat — Artikolu 3(1)(e) — Sinjal ikkostitwit kemm mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott u kemm minn dik neċessarja għall-kisba ta’ riżultat tekniku — Proċess ta’ manifattura inkluż fir-riżultat tekniku)

    ĠU C 371, 9.11.2015, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 371/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – Ir-Renju Unit) – Société de Produits Nestlé SA vs Cadbury UK Ltd

    (Kawża C-215/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 3(3) - Kunċett ta’ “karattru distintiv miksub permezz tal-użu” - Trade mark tridimensjonali - Wajfer taċ-ċikkulata b’erba’ bars Kit Kat - Artikolu 3(1)(e) - Sinjal ikkostitwit kemm mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott u kemm minn dik neċessarja għall-kisba ta’ riżultat tekniku - Proċess ta’ manifattura inkluż fir-riżultat tekniku))

    (2015/C 371/12)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court of Justice (Chancery Division)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Société de Produits Nestlé SA

    Konvenuta: Cadbury UK Ltd

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 3(1)(e) tad-Direttiva 2008/95/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi r-reġistrazzjoni ta’ sinjal ikkostitwit mill-forma ta’ prodott bħala trade mark meta din il-forma tikkonsisti fi tliet karatteristiċi essenzjali fejn waħda minnhom tirriżulta min-natura nnifisha tal-prodott u fejn it-tnejn l-oħra huma neċessarji sabiex jinkiseb riżultat tekniku, suġġett għall-kundizzjoni, madankollu, li minn tal-inqas waħda mir-raġunijiet għal rifjut ta’ reġistrazzjoni stabbiliti f’din id-dispożizzjoni tapplika għal kollox għall-forma inkwistjoni.

    2)

    L-Artikolu 3(1)(e)(ii) tad-Direttiva 2008/95, li jippermetti li tiġi rrifjutata r-reġistrazzjoni tas-sinjali kkostitwiti esklużivament mill-forma ta’ prodott neċessarja għall-kisba tar-riżultat tekniku, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż unikament għall-mod li bih il-prodott inkwistjoni jiffunzjona u ma japplikax fir-rigward tal-mod li bih huwa mmanifatturat.

    3)

    Sabiex tinkiseb ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark li kisbet karattru distintiv permezz tal-użu li jkun sar minnha fis-sens tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2008/95, sew jekk bħala parti minn trade mark oħra rreġistrata jew flimkien magħha, l-applikant għal reġistrazzjoni għandu jagħti l-prova li l-klassi rilevanti ta’ persuni jirrikonoxxu l-prodott jew is-servizz koperti minn din l-unika trade mark, ipparagunata ma’ trade marks oħra li wkoll jistgħu jkunu preżenti, bħala li jkunu jipprovjenu minn impriża partikolari.


    (1)  ĠU C 235, 21.7.2014.


    Top