Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0710

    Kawża T-710/13: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Diċembru 2013 — Bundesverband Deutsche Tafel vs UASI — Tiertafel Deutschland (Tafel)

    ĠU C 61, 1.3.2014, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 61/16


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2013 — Bundesverband Deutsche Tafel vs UASI — Tiertafel Deutschland (Tafel)

    (Kawża T-710/13)

    2014/C 61/28

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bundesverband Deutsche Tafel eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Koerl, E. Celenk u S. Vollmer, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tiertafel Deutschland eV (Rathenow, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 1074/2012-4;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “Tafel” għal servizzi fil-klassijiet 39 u 45 — Trade mark Komunitarja Nru 8 985 541

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Tiertafel Deutschland e.V.

    Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġunijiet assoluti ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 u mala fide tar-rikorrenti skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u trade mark annullata

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top