Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0696

    Kawża T-696/13: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Diċembru 2013 — Meta Group vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 52, 22.2.2014, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/44


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2013 — Meta Group vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-696/13)

    2014/C 52/84

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Meta Group (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bartolini, V. Colcelli u A. Formica, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara li t-tnaqqis magħmul mill-Kummissjoni fir-rigward tas-sussidji mogħtija lil META S.r.l huma illegali;

    u, għalhekk, tikkundanna lill-Kummissjoni biex tagħti lir-rikorrenti s-somma addizzjonali ta’ EUR 129 153,11, flimkien mal-interessi moratorji;

    tikkundanna lill-Amministrazzjoni biex tikkumpensa d-dannu konsekuttiv miġrub mir-rikorrenti

    Motivi u argumenti prinċipali

    Dan ir-rikors huwa indirizzat kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li naqqsu s-sussidju inizjalment previst għall-proġetti “BCreative”, “Take-It-Up” u “Ecolink+”, li l-ftehimiet għas-sussidji ġew konklużi bejn ir-rikorrenti u l-konvenuta fil-kuntest tal-“Programm Qafas tal-kompetittività u l-innovazzjoni (KIP) (2007-2013)”.

    Diversi deċiżjonijiet dwar dawn il-proġetti huma s-suġġett ta’ rikors anki fil-Kawżi T-471/12, T -34/13 u T-35/13, Meta Group vs Il-Kummissjoni.

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali esposti huma identiċi għal dawk invokati f’dawn il-kawżi.


    Top