This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0695
Case T-695/13: Action brought on 31 December 2013 — ENAC v Commission and TEN-T EA
Kawża T-695/13: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Diċembru 2013 — Ente nazionale per l’aviazione civile (ENAC) vs L-Aġenzija Eżekuttiva għan-Netwerk Transewropew tat-Trasport (TEN-T EA), Il-Kummissjoni
Kawża T-695/13: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Diċembru 2013 — Ente nazionale per l’aviazione civile (ENAC) vs L-Aġenzija Eżekuttiva għan-Netwerk Transewropew tat-Trasport (TEN-T EA), Il-Kummissjoni
ĠU C 52, 22.2.2014, p. 44–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/44 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2013 — Ente nazionale per l’aviazione civile (ENAC) vs L-Aġenzija Eżekuttiva għan-Netwerk Transewropew tat-Trasport (TEN-T EA), Il-Kummissjoni
(Kawża T-695/13)
2014/C 52/83
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ente nazionale per l'aviazione civile (ENAC) (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: P. Garofoli, avukat u G. Palmieri, bħala aġent)
Konvenuti: Aġenzija Eżekuttiva għan-Netwerk Transewropew tat-Trasport (TEN-T EA), Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea, tat-23 ta’ Ottubru 2013, b’referenza Ares (203) 3321778, li għandha bħala suġġett l-i“Studju għall-iżvilupp intermodali tal-ajruport ta’ Bergamo-Orio al Serio” li għalih hija ddikjarat il-bidu tal-proċedura għar-rimbors ta’ parti mis-sussidju mogħti għat-twettiq tal-imsemmi studju u t-trażmissjoni ta’ nota ta’ debitu tal-ammont ta’ EUR 158 517,54; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għan-Netwerk Transewropew tat-Trasport, li għaliha jsir riferiment fl-ittra tat-23 ta’ Ottubru 2013 u li għandha bħala suġġett l-“għeluq tal-azzjoni 2009-IT-91407-S — Studju għall-iżvilupp intermodali tal-ajruport ta’ Bergamo-Orio al Serio — Deċiżjoni C(2010) 4456 tal-Kummissjoni”, sa fejn hija tiddikjara mhux eleġibbli, u konsegwentement li ma jistgħux jibbenefikaw minn sussidju, l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet 1, 2.1, 4, 5, 6 u 7, diġà mwettqa, filwaqt li titlob il-ħlas lura tal-ammont ta’ EUR 158 517,54. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjonijiet li huma s-suġġett ta’ din il-kawża huma dawk ikkontestati fil-Kawżi T-270/13 u T-692/13, SACBO vs Il-Kummissjoni u TEN-T EA.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma identiċi għal dawk esposti f’dawn il-kawżi.