EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0591

Kawża T-591/13: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Novembru 2013 — Groupe Canal + u Canal + France vs UASI — Euronews (News+)

ĠU C 31, 1.2.2014, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/12


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2013 — Groupe Canal + u Canal + France vs UASI — Euronews (News+)

(Kawża T-591/13)

2014/C 31/21

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Groupe Canal + (Issy-les-Moulineaux, Franza); u Canal + France (Issy-les-Moulineaux) (rappreżentant: L. Barissat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Euronews (Ecully, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni jew li ssir assoċjazzjoni skont l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 bejn l-applikazzjoni għat-trade mark NEWS+ u t-trade mark Franċiża verbali preċedenti ACTU+ Nru 063 457 667 għas-servizzi kkontestati;

tirriforma d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tad-9 ta’ Settembru 2013 fil-punti 23 sa 35 tagħha u tiċħad ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark NEWS+ Nru 9 141 003;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tad-9 ta’ Settembru 2013 li ddeċieda li jiċħad l-appell u li kkonferma, bi ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, id-deċiżjoni kkontestata li tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja NEWS+ Nru 9141 003 abbażi tat-trade mark preċedenti ACTU+ Nru 063 457 667.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Euronews

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “News+” għal servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 41 Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 141 003

Proprjetarji tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Franċiża “ACTU+” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28, 35, 38, 39 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top