Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0328

    Kawża T-328/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Ġunju 2013 — Tameio Pronias Prosopikou Trapezis Kiprou vs Il-Kummissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 252, 31.8.2013, p. 22–22 (HR)

    31.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/33


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2013 — Tameio Pronias Prosopikou Trapezis Kiprou vs Il-Kummissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

    (Kawża T-328/13)

    2013/C 252/55

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Tameio Pronias Prosopikou Trapezis (Levkosia, Ċipru) (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou, K. Liasidou, avukati)

    Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli u fondat;

    tannulla d-deċiżjoni tal-Grupp tal-Euro, tal-25 ta’ Marzu 2013, li saret definittiva bid-deċiżjoni tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru, fil-kwalità ta’ esponent u/jew rappreżentant tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Marzu 2013, KDP [kanonistiki diokitiki praxi; Att Leġiżlattiv] 104/2013, li biha ġie deċiż “il-bejgħ ta’ prodotti determinati” tas-Cyprus Popular Bank Public Co Ltd u li essenzjalment tikkostitwixxi deċiżjoni komuni tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea;

    sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Grupp tal-Euro, imsemmija iktar ’il fuq, essenzjalment tikkostitwixxi deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u/jew deċiżjoni adottata flimkien mal-Kummissjoni Ewropea irrispettivament mill-forma tagħha.

    tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew u/jew lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija nulla sa fejn teċċedi s-setgħa mogħtija mit-Trattat tal-Unjoni Ewropea lill-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll lill-Kummissjoni Ewropea u b’hekk iż-żewġ korpi adottawha b’eċċess tas-setgħat tagħhom.

    (2)

    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt ta’ proprjetà żgurat mill-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mill-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ikkonfermat mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    (3)

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija manifestament infondata u mingħajr bażi legali, u tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    (4)

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll il-prinċipji legali ġeneralment aċċettati derivanti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipju li jgħid li ħadd ma jista’ jinvoka ommissjoni tiegħu stess biex jikseb benefiċċju u/jew jirregolarizza aġir inġust u/jew illegali.


    Top