EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0296

Kawża T-296/13: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Mejju 2013 — Adler Modemärkte vs UASI — Blufin (MARINE BLEU)

ĠU C 226, 3.8.2013, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 226, 3.8.2013, p. 6–6 (HR)

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/21


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2013 — Adler Modemärkte vs UASI — Blufin (MARINE BLEU)

(Kawża T-296/13)

(2013/C 226/27)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Adler Modemärkte AG (Haibach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Blufin SpA (Carpi, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ April 2013 (Każ R 386/2012-2), għaliex ma hijiex konformi mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja Nru 40/94;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedura inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MARINE BLEU”, għal prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 637 193

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Blufin SpA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “BLUMARINE” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94


Top