EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0110
Case T-110/13: Action brought on 23 February 2013 — Republic of Lithuania v European Commission
Kawża T-110/13: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Frar 2013 — Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża T-110/13: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Frar 2013 — Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 129, 4.5.2013, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/23 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2013 — Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-110/13)
2013/C 129/47
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, R. Krasuckaitė u D. Skara)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru FK/fa/D(2012)1707818, tat-12 ta’ Diċembru 2012, sa fejn in-nota ta’ debitu Nru 3241213460 annessa magħha hija relatata ma’ proġetti li l-eżekuzzjoni tagħhom kienet ġiet fdata lil impriżi li sussegwentement fallew u tikkonstata li l-Kummissjoni għandha tħallas lura s-somma ta’ EUR 3 148 549,66; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru FK/fa/D(2012)1707818, tat-12 ta’ Diċembru 2012, sa fejn in-nota ta’ debitu Nru 3241213460 mehmuża magħha hija relatata mal-proġett Nru P27010010 u tikkonstata li l-Kummissjoni għandha tħallas lura s-somma ta’ EUR 1 060 560,56; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż; |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, ibbażati fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni.
(1) |
Billi adottat id-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma kkondividiet mar-Repubblika tal-Litwanja il-piż tat-telf fl-amministrazzjoni tal-fondi SAPARD jew, fi kwalunkwe każ, mingħajr lanqas ma eżaminat dik il-kwistjoni u mingħajr ma pprovdiet l-ebda raġuni għal dak ir-rifjut li tikkondividi l-piż tal-imsemmi telf, il-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1258/1999 (1), moqri flimkien mal-Artikolu 73(2) tar-Regolament Nru 1605/2002 (2), l-Artikolu 87 tar-Regolament Nru 2342/2002 (3) u l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali sanċit fl-Artikolu 4(3) TUE. |
(2) |
Billi naqset milli tinforma, tempestivament, lir-Repubblika Litwana dwar il-possibbiltà ta’ annullament tad-dejn u ta’ tħassir tal-impriża kkonċernata mil-lista ta’ debituri, il-Kummissjoni kisret id-dispożizzjoni relatata mal-konsultazzjoni reċiproka li tinsab fil-punt 7.7.4 tat-taqsima F, tal-ftehim ta’ finanzjament multi-annwali konkluż fl-2001 bejn ir-Repubblika tal-Litwanja u l-Kummissjoni Ewropea abbażi tal-programm speċjali ta’ adeżjoni għall-agrikolutura u l-iżvilupp rurali (SAPARD) (4), kkunsidrata fid-dawl tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni sanċit fl-Artikolu 4(3) TUE. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 414).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145).
(4) Valstybės Žinios, 2001, no 74-2589.