This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0084
Case T-84/13: Action brought on 14 February 2013 — Samsung SDI and Others v Commission
Kawża T-84/13: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Frar 2013 — Samsung SDI et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-84/13: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Frar 2013 — Samsung SDI et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 108, 13.4.2013, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/32 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2013 — Samsung SDI et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-84/13)
2013/C 108/81
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Samsung SDI Co. Ltd (Gyeonggi-do, il-Korea), Samsung SDI Germany GmbH (Berlin, il-Ġermanja), Samsung SDI (il-Malasja) Bhd (Negeri Sembilan Darul Khusus, il-Malasja) (rappreżentanti: G. Berrisch, avukat, D. Hull, solicitor, u L.-A. Grelier, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikoli 1(2) u 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, fil-Każ COMP/39.437 — Tubi għal skrijns tat-televiżjoni u tal-kompjuters (id-“deċiżjoni kkontestata”), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti; |
— |
sussidjarjament, tannulla parzjalment l-Artikolu 1(2) tad-deċiżjoni sa fejn din tikkonċerna d-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur tat-tubi għall-istampa bil-kulur użati fit-televiżjonijiet (“CPT”), u tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti bl-Artikolu 2(2) tad-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw, fir-rigward tal-ksur CPT, tliet motivi. Fir-rigward tal-ksur tat-tubi għall-istampa bil-kulur użati fi skrijns tal-kompjuter (“CDT”), ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni żbaljat meta applikat l-Artikolu 101 TFUE sabiex tikkonstata li kien hemm ksur uniku u kontinwat li jkopri t-tipi kollha ta’ CPT matul it-tul kollu tal-ksur u l-arranġamenti kollha li seħħew fl-Asja. |
(2) |
It-tieni motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq li l-Kummissjoni żbaljat meta ddeterminat kemm id-data tal-bidu u dik tat-tmien tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-ksur CPT, li wassal sabiex it-tul totali tal-kartell jiġi estiż b’minn tal-inqas 16-il xahar. |
(3) |
It-tielet motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix lir-rikorrenti t-tnaqqis ta’ klemenza massimu ta’ 50 % huwa bbażat fuq fatti inkorretti u manifestament żbaljati. |
Fir-rigward tal-ksur CDT, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin:
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret il-Linji Gwida tal-Multi (1) tagħha billi inkludiet il-bejgħ ta’ CDT ikkunsinnati lil Samsung Electronics fl-Ewropa fil-valur tal-bejgħ għall-kalkolu tal-multi, minkejja l-fatt li l-kompetizzjoni għal dan il-bejgħ seħħet totalment fil-Korea. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni kisret il-Linji Gwida tal-Multi meta ħadet il-fatturat annwali medju fuq il-perijodu kollu tal-ksur sabiex tikkalkola l-multa, u b’hekk iddevjat mir-regola li tittieħed l-aħħar sena finanzjarja sħiħa tal-ksur. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix lir-rikorrenti t-tnaqqis ta’ klemenza massimu ta’ 50 % hija bbażata fuq fatti inkorretti u manifestament żbaljati. |
(1) Linji gwida dwar il-metodu tal-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2)