Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0038

    Kawża T-38/13: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Jannar 2013 — Pedro Group vs UASI — Cortefiel (PEDRO)

    ĠU C 101, 6.4.2013, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 101/20


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2013 — Pedro Group vs UASI — Cortefiel (PEDRO)

    (Kawża T-38/13)

    2013/C 101/44

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Pedro Group Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentant: B. Brandreth, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cortefiel, SA (Madrid, Spanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla parzjalment id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Novembru 2012 (Każ R 0271/2011-4): Annullament ta’ dik il-parti tad-deċiżjoni li annullat parti mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni tas-17 ta’ Diċembru 2010 u li ċaħdet l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tar-rikorrenti għal ċerti prodotti fil-klassi 25;

    tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti għall-ispejjeż inkorsi quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI u l-Qorti Ġenerali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “PEDRO”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 541 857

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 252 899 għat-trade mark figurattiva b’kulur iswed u abjad “Pedro del Hierro” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 25, 35, u 42 u r-reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 864 740 b’effett fil-Bulgarija, Spanja u r-Rumanija għat-trade mark figurattiva b’kulur iswed u abjad “Pedro del Hierro” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 25 u 35

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata sa fejn ċaħdet l-oppożizzjoni għal prodotti fil-klassi 25, ċaħdet l-applikazzjoni għal dawn il-prodotti u ċaħdet il-kumplament tal-appell

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 15 u 42(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top