Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0012

    Kawża T-12/13: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Jannar 2013 — Sherwin-Williams Sweden vs UASI — Akzo Nobel Coatings International (ARTI)

    ĠU C 86, 23.3.2013, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 86/18


    Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2013 — Sherwin-Williams Sweden vs UASI — Akzo Nobel Coatings International (ARTI)

    (Kawża T-12/13)

    2013/C 86/30

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sherwin-Williams Sweden AB (Märsta, l-Isvezja) (rappreżentant: L. Ström, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Akzo Nobel Coatings International BV (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) Nru R 2085/2011-1, tat-18 ta’ Ottubru 2012, (li tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni Nru B 1 717 142, tad-9 ta’ Awwissu 2011);

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ARTI” għal prodotti fil-klassi 2 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 017 427

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

    Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Benelux Nru 753 216 u Reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 872 478 tat-trade mark verbali “ARTITUDE” għal prodotti fil-klassi 2

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


    Top