Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0722

    Kawża T-722/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 17 ta’ Lulju 2014 – The Directv Group vs UASI ( “Trade mark Komunitarja — Talba għal revoka — Irtirar tat-talba għal revoka — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 361, 13.10.2014, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.10.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 361/8


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – The Directv Group vs UASI

    (Kawża T-722/13) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Talba għal revoka - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    2014/C 361/09

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: The Directv Group, Inc. (El Segundo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bolloré (Ergué Gabéric, Franza) (rappreżentant: S. Legrand, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1960/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bolloré u The Directv Group, Inc.

    Dispożittiv

    1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    2)

    Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mill-konvenut u mill-intervenjenti.


    (1)  ĠU C 112, 14. 04. 2014.


    Top