Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0194

Kawża T-194/13 OST: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2017 – United Parcel Service vs Il-Kummissjoni (“Artikolu 165 tar-Regoli tal-Proċedura — Nuqqas li tingħata deċiżjoni — Intervent insostenn tal-parti li titlef — Spejjeż marbuta mal-intervent — Emenda tat-talbiet matul il-proċedura”)

ĠU C 5, 8.1.2018, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2017 – United Parcel Service vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-194/13 OST) (1)

((“Artikolu 165 tar-Regoli tal-Proċedura - Nuqqas li tingħata deċiżjoni - Intervent insostenn tal-parti li titlef - Spejjeż marbuta mal-intervent - Emenda tat-talbiet matul il-proċedura”))

(2018/C 005/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: United Parcel Service, Inc. (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment A. Ryan, B. Graham, solicitors, W. Knibbeler u P. Stamou, avocats, u sussegwentement A. Ryan, W. Knibbeler, P. Stamou, A. Pliego Selie, F. Hoseinian u P. van den Berg, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Christoforou, N. Khan, A. Biolan, N. von Lingen u H. Leupold u sussegwentement T. Christoforou, N. Khan, A. Biolan, u H. Leupold, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: FedEx Corp. (Memphis, Tennessee, l-Isati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment F. Carlin, barrister, G. Bushell, solicitor, u Q. Azau, avocat, sussegwentement F. Carlin, G. Bushell u N. Niejahr, avocats)

Suġġett

Talba mressqa skont l-Artikolu 165 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Dispożittiv

1)

Il-punt 223 tas-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2017, United Parcel Service vs Il-Kummissjoni, T-194/13, EU:T:2017:144 huwa emendat kif ġej: “Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, kull parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk tkun saret talba f’dan is-sens. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 134(2) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk ikun hemm iktar minn parti waħda li titlef il-kawża, il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar kif għandhom jinqasmu l-ispejjeż. Peress li l-Kummissjoni u l-intervenjenti tilfu, hemm lok, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż marbuta mal-intervent. It-tieni nett, hemm lok li l-intervenjenti tiġi kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha stess, għall-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta mal-intervent tagħha”.

2)

Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2017, United Parcel Service vs Il-Kummissjoni, T-194/13, EU:T:2017:144 huwa emendat kif ġej: “Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha stess, għal dawk ta’ United Parcel Servizz, Inc., bl-eċċeżżjoni tal-ispejjeż marbuta mal-intervent”.

3)

Il-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2017, United Parcel Service vs Il-Kummissjoni, T-194/13, EU:T:2017:144 huwa emendat kif ġej: “FedEx Corp. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk ta’ United Parcel Servizz, Inc., marbuta mal-intervent tagħha”.

4)

United Parcel Service, Inc., il-Kummissjoni u FedEx għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta ma’ din il-kawża.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


Top