EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0116

Kawżi magħquda T-116/13 P u T-117/13 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Jannar 2014 — Lebedef vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2008 u 2009 — Eżenzjoni għal nofs il-ħin għal finijiet ta’ rappreżentazzjoni sindakali — Rapport ta’ evalwazzjoni li jkopri l-funzjonijiet eżerċitati fis-servizz ta’ assenjazzjoni — Nomina sindakali — Ċaħda ta’ rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament infondat — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat” )

ĠU C 71, 8.3.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2014 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-116/13 P u T-117/13 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2008 u 2009 - Eżenzjoni għal nofs il-ħin għal finijiet ta’ rappreżentazzjoni sindakali - Rapport ta’ evalwazzjoni li jkopri l-funzjonijiet eżerċitati fis-servizz ta’ assenjazzjoni - Nomina sindakali - Ċaħda ta’ rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament infondat - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2014/C 71/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Żewġ appelli mid-digrieti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, Lebedef vs Il-Kummissjoni (F-70/11 u F-109/11, li għadhom ma ġewx ippubblikati fil-Ġabra), u intiżi għall-annullament ta’ dawn id-digrieti.

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

Giorgio Lebedef għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


Top