Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0005

    Kawża T-5/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad- 29 ta’ Awwissu 2013 — Iran Liquefied Natural Gas vs Il-Kunsill ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Projbizzjoni ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti kummerċjali fis-seħħ — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Inammissibbiltà manifesta tal-eċċezzjoni ta’ illegalità li fuqha hija bbażata t-talba — Inammissibbiltà tat-talba” )

    ĠU C 298, 12.10.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 298, 12.10.2013, p. 5–5 (HR)

    12.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 298/6


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2013 — Iran Liquefied Natural Gas vs Il-Kunsill

    (Kawża T-5/13 R)

    (Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Projbizzjoni ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti kummerċjali fis-seħħ - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà manifesta tal-eċċezzjoni ta’ illegalità li fuqha hija bbażata t-talba - Inammissibbiltà tat-talba)

    2013/C 298/08

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Iran Liquefied Natural Gas Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, G. Pandey, P. Gjørtler u D. Rovetta, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. De Elera, aġenti)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), sa fejn dawn l-atti inkludew isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi, u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 356, p. 34), sa fejn dan l-att irendi impossibbli l-eżekuzzjoni tal-kuntratti konklużi mir-rikorrenti ma’ msiebħa stabbiliti fl-Unjon Ewropea.

    Dispożittiv

    (1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    (2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top