This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TA0689
Case T-689/13: Judgment of the General Court of 7 October 2015 — Bilbaína de Alquitranes and Others v Commission (Environment and protection of human health — Classification of pitch, coal tar, high-temperature, in the categories of acute aquatic toxicity and chronic aquatic toxicity — Regulation (EC) No 1907/2006 and Regulation (EC) No 1272/2008 — Manifest error of assessment — Classification of a substance on the basis of its constituents)
Kawża T-689/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – Bilbaina de Alquitranes et vs Il-Kummissjoni [“Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Klassifikazzjoni ta’ qatran tal-faħam b’temperatura għolja fil-kategoriji ta’ tossiċità akwatika akuta u ta’ tossiċità akwatika kronika — Regolamenti (KE) Nru 1907/2006 u 1272/2008 — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Klassifikazzjoni ta’ sustanza abbażi tal-kostitwenti tagħha”]
Kawża T-689/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – Bilbaina de Alquitranes et vs Il-Kummissjoni [“Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Klassifikazzjoni ta’ qatran tal-faħam b’temperatura għolja fil-kategoriji ta’ tossiċità akwatika akuta u ta’ tossiċità akwatika kronika — Regolamenti (KE) Nru 1907/2006 u 1272/2008 — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Klassifikazzjoni ta’ sustanza abbażi tal-kostitwenti tagħha”]
ĠU C 398, 30.11.2015, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – Bilbaina de Alquitranes et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-689/13) (1)
([“Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Klassifikazzjoni ta’ qatran tal-faħam b’temperatura għolja fil-kategoriji ta’ tossiċità akwatika akuta u ta’ tossiċità akwatika kronika - Regolamenti (KE) Nru 1907/2006 u 1272/2008 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Klassifikazzjoni ta’ sustanza abbażi tal-kostitwenti tagħha”])
(2015/C 398/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bilbaína de Alquitranes, SA (Luchana Baracaldo, Spanja); Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka); (rappreżentanti: Industrial Química del Nalón, SA (Oviedo, Spanja); Koppers Denmark A/S (Nyborg, id-Danimarka); Koppers UK Ltd (Scunthorpe, ir-Renju Unit); Koppers Netherlands BV (Uithoorn, in-Netherlands); Rütgers basic aromatics GmbH (Castrop-Rauxel, il-Ġermanja); Rütgers Belgium NV (Zelzate, il-Belġju); Rütgers Poland Sp. z o.o.(Kędzierzyn-Koźle, il-Polonja); Bawtry Carbon International Ltd (Doncaster, ir-Renju Unit); Grupo Ferroatlántica, SA (Madrid, Spanja); SGL Carbon GmbH (Meitingen, il-Ġermanja); SGL Carbon GmbH (Bad Goisern am Hallstättersee, l-Awstrija); SGL Carbon (Passy, Franza); SGL Carbon, SA (La Coruña, Spanja); SGL Carbon Polska S.A. (Racibórz, il-Polonja); ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg, il-Ġermanja); u Tokai erftcarbon GmbH (Grevenbroich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, C. Mereu, P. Sellar u M. Grunchard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. J. Loewenthal u K. Talabér-Ritz, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: GrafTech Iberica, SL (Navarra, Spanja) (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, P. Sellar u M. Grunchard, avukati)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Prodotti Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u C. Jacquet, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013, tat-2 ta’ Ottubru 2013, li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 261, p. 5), sa fejn dan jikklassifika l-qatran tal-faħam b’temperatura għolja (KE Nru 266-028-2) fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika akuta ta’ kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika ta’ kategorija 1 (H410).
Dispożittiv
1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013, tat-2 ta’ Ottubru 2013, li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, huwa annullat sa fejn dan jikklassifika il-qatran tal-faħam b’temperatura għolja (KE Nru 266-028-2) fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika akuta ta’ kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika ta’ kategorija 1 (H410). |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż proprji tagħha, dawk sostnuti minn Bilbaína de Alquitranes, SA, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Koppers Netherlands BV, Rütgers basic aromatics GmbH, Rütgers Belgium NV, Rütgers Poland Sp. z o.o., Bawtry Carbon International Ltd, Grupo Ferroatlántica, SA, SGL Carbon GmbH (Il-Ġermanja), SGL Carbon GmbH (L-Awstrija), SGL Carbon, SGL Carbon, SA, SGL Carbon Polska S.A., ThyssenKrupp Steel Europe AG, Tokai erftcarbon GmbH u GrafTech Iberica, SL. |
3) |
L-Aġenzija Ewropea għall-Prodotti Kimiċi (ECHA) għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha. |