Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0626

    Kawża T-626/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (DARJEELING collection de lingerie) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark figurattiva Darjeeling collection de lingerie — Trade marks Komunitarji kollettivi, verbali u figurattiva, preċedenti DARJEELING — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 389, 23.11.2015, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 389/39


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (DARJEELING collection de lingerie)

    (Kawża T-626/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva Darjeeling collection de lingerie - Trade marks Komunitarji kollettivi, verbali u figurattiva, preċedenti DARJEELING - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2015/C 389/41)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: The Tea Board (Calcutta, l-Indja) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Delta Lingerie (Cachan, Franza) (rappreżentanti: G. Marchais u P. Martini-Berthon, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1501/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Tea Board u Delta Lingerie.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-17 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1501/2012-2), hija annullata fir-rigward tal-prodotti koperti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u li jaqgħu fil-klassi 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u tas-“servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ ħwejjeġ ta’ taħt tan-nisa u ilbies ta’ taħt tan-nisa, fwejjaħ, ilma mfewwaħ għall-użu fuq il-ġilda u lozjonijiet kosmetiċi, bjankerija u bjankerija għall-kamra tal-banju”, koperti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u li jaqgħu fil-klassi 35 tal-Ftehim ta’ Nice.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 45, 15.2.2014.


    Top