Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0591

    Kawża T-591/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Diċembru 2014 – Groupe Canal + vs UASI – Euronews (News+) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali News+ — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ACTU+ — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

    ĠU C 46, 9.2.2015, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/50


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Groupe Canal + vs UASI – Euronews (News+)

    (Kawża T-591/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali News+ - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ACTU+ - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2015/C 046/63)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Groupe Canal + (Issy-les-Moulineaux, Franza) (rappreżentanti: L. Barissat u R. Joseph, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Euronews (Écully, Franza) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Schmitt, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1533/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Groupe Canal + u Canal + France u, min-naħa l-oħra, Euronews.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Groupe Canal + huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 31, 01.02.2014.


    Top