Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0570

    Kawża T-570/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Assistenza teknika operattiva bil-għan li jiġi stabbilit u ġestit mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implementazzjoni ta’ sħubija Ewropea ta’ innovazzjoni ‘Produttività u żvilupp durabbli tal-agrikoltura’ — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Offerta anormalment baxxa — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

    ĠU C 98, 14.3.2016, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Agriconsulting Europe vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-570/13) (1)

    ((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Assistenza teknika operattiva bil-għan li jiġi stabbilit u ġestit mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implementazzjoni ta’ sħubija Ewropea ta’ innovazzjoni ‘Produttività u żvilupp durabbli tal-agrikoltura’ - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Offerta anormalment baxxa - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

    (2016/C 098/40)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Agriconsulting Europe SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: R. Sciaudone, aġent)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u L. Di Paolo, aġenti)

    Suġġett

    Talba għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti minħabba irregolaritajiet mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-sejħa għal offerti “Stabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implementazzjoni ta’ sħubija Ewropea ta’ innovazzjoni “Produttività u żvilupp durabbli tal-agrikoltura” (AGRI-2012-PEI-01).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Agriconsulting Europe SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


    Top