Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0465

    Kawża T-465/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni [“Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Vantaġġ — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Artikolu 107(3)(ċ) TFUE — Għajnuna ġdida”]

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-465/13) (1)

    ([“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Vantaġġ - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Għajnuna ġdida”])

    (2016/C 027/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Cataluña (Spanja) u Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI) (Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, M. Muñoz de Juan u M. Reverter Baquer, sussegwentement minn J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, M. Reverter Baquer u A. Lamadrid de Pablo, u fl-aħħar nett minn J. Buendía Sierra, M. Reverter Baquer u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. González Díaz, F. Salerno, V. Romero Algarra, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Navarra de Servicios y Tecnologías, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.


    (1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


    Top