Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0387

    Kawża T-387/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI – Hautrive (COLOMBIANO HOUSE) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva COLOMBIANO HOUSE — Indikazzjoni ġeografika protetta preċedenti Café de Colombia — Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 363, 3.11.2015, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 363/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI – Hautrive (COLOMBIANO HOUSE)

    (Kawża T-387/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva COLOMBIANO HOUSE - Indikazzjoni ġeografika protetta preċedenti Café de Colombia - Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2015/C 363/39)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Federación Nacional de Cafeteros de Colombia (Bogotá, il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Bertoli u Ó. Mondéjar Ortuño, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nadine Hélène Jeanne Hautrive (Chatou, Franza) (rappreżentant: J. Beaumont, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Mejju 2013 (Każ R 757/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Federación Nacional de Cafeteros de Colombia u Nadine Hélène Jeanne Hautrive.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-17 ta’ Mejju 2013 (Każ R 757/2012-5), hija annullata.

    2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Federación Nacional de Cafeteros de Colombia.

    3)

    Nadine Hélène Jeanne Hautrive għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 274, 21.9.2013.


    Top