Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0262

    Kawża T-262/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Ottubru 2014 – Skysoft Computersysteme vs UASI – British Sky Broadcasting Group u Sky IP International (SKYSOFT) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SKYSOFT — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

    ĠU C 421, 24.11.2014, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 421/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2014 – Skysoft Computersysteme vs UASI – British Sky Broadcasting Group u Sky IP International (SKYSOFT)

    (Kawża T-262/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SKYSOFT - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    2014/C 421/50

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Skysoft Computersysteme GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Ehrlinger u T. Hagen, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit); u Sky IP International Ltd (Isleworth) (rappreżentanti: J. Barry, S. Wright, solicitors, u P. Roberts, barrister)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Marzu 2013 (Każ R 2503/2011-4), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British Sky Broadcasting Group plc u Sky IP International Ltd, minn naħa, u Skysoft Computersysteme GmbH, min-naħa l-oħra.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Skysoft Computersysteme GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


    Top