Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0140

    Kawża T-140/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 9 ta’ Diċembru 2014 – Netherlands Maritime Technology Association vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Sistema Spanjola ta’ deprezzament antiċipat tal-ispejjeż ta’ ċerti attivi akkwistati permezz ta’ kiri finanzjarju — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Ċirkustanzi u tul tal-investigazzjoni preliminari — Natura insuffiċjenti u inkompleta tal-investigazzjoni” )

    ĠU C 34, 2.2.2015, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 34/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Netherlands Maritime Technology Association vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-140/13) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Sistema Spanjola ta’ deprezzament antiċipat tal-ispejjeż ta’ ċerti attivi akkwistati permezz ta’ kiri finanzjarju - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Ċirkustanzi u tul tal-investigazzjoni preliminari - Natura insuffiċjenti u inkompleta tal-investigazzjoni”))

    (2015/C 034/39)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Netherlands Maritime Technology Association, li qabel kienet Scheepsbouw Nederland (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Struckmann, avukat, u G. Forwood, barrister)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso, L. Flynn u P. Němečková, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u A. Sampol Pucurull, abogados del Estado)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Novembru 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA 34736 (12/N) rigward l-implementazzjoni mir-Renju ta’ Spanja ta’ sistema fiskali li tippermetti deprezzament antiċipat ta’ ċerti attivi akkwistati permezz ta’ kiri finanzjarju.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat.

    2)

    Netherlands Maritime Technology Association hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

    3)

    Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


    Top