Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0090

    Kawża T-90/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Settembru 2014 – Herdade de S. Tiago II vs UASI – Polo/Lauren (V) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva V — Trade marks Komunitarji, nazzjonali u tal-Benelux figurattivi preċedenti li jirrapreżentaw plejer tal-polo — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

    ĠU C 388, 3.11.2014, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 388/14


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Herdade de S. Tiago II vs UASI – Polo/Lauren (V)

    (Kawża T-90/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva V - Trade marks Komunitarji, nazzjonali u tal-Benelux figurattivi preċedenti li jirrapreżentaw plejer tal-polo - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    2014/C 388/16

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: I. de Carvalho Simões u J. Pimenta, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Polo/Lauren Company, LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Black u S. Davies, solicitors)

    Suġġett

    Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2240/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Polo/Lauren Company, LP u Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Herdade de S. Tiago II – Sociedade Agrícola, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 123, 27.04.2013.


    Top