Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0058

    Kawża T-58/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Jannar 2015 – Club Hotel Loutraki et vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Operat ta’ terminali tal-lotterija video — Għoti mir-Repubblika Ellenika ta’ liċenzja esklużiva — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Vantaġġ — Evalwazzjoni konġunta tal-miżuri nnotifikati” )

    ĠU C 56, 16.2.2015, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 56/15


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Jannar 2015 – Club Hotel Loutraki et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-58/13) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Operat ta’ terminali tal-lotterija video - Għoti mir-Repubblika Ellenika ta’ liċenzja esklużiva - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Vantaġġ - Evalwazzjoni konġunta tal-miżuri nnotifikati”))

    (2015/C 056/19)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Club Hotel Loutraki AE (Loutraki, il-Greċja); Vivere Entertainment AE (Ateni, il-Greċja); Theros International Gaming, Inc. (Patra, il-Greċja); Elliniko Casino Kerkyras (Ateni); Casino Rodos (Rhodes, il-Greċja); Porto Carras AE (Alimos, il-Greċja); u Kazino Aigaiou AE (Syros, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u P.-J. Loewenthal, aġenti)

    Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u K. Boskovits, aġenti); u Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment minn K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitor, L. Van den Hende u M. Sánchez Rydelski, avukati, sussegwentement minn M. Petite u A. Tomtsis, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 6777 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2012, dwar għajnuna mill-Istat SA.33 988 (2011/N) – il-Greċja – Modalitajiet ta’ estenzjoni tad-dritt esklużiv tal-OPAP għat-tħaddim ta’ 13-il logħba tal-ażżard u l-għoti ta’ liċenzja esklużiva dwar it-tħaddim ta’ 35  000 terminal tal-lotterija video, għal perijodu ta’ għaxar snin.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Club Hotel Loutraki AE, Vivere Entertainment AE, Theros International Gaming, Inc., Elliniko Casino Kerkyras, Casino Rodos, Porto Carras AE u Kazino Aigaiou AE huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom rispettivi kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u l-Organismos Prognostikon Agonon Podosfairou AE (OPAP).

    3)

    Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 114, 20.04.2013.


    Top