Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0055

    Kawża T-55/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Formula One Licensing vs UASI – Idea Marketing (F1H2O) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali F1H20 — Trade marks Komunitarji, internazzjonali Benelux u nazzjonali verbali u figurattivi F1 — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”]

    ĠU C 221, 6.7.2015, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/9


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Formula One Licensing vs UASI – Idea Marketing (F1H2O)

    (Kawża T-55/13) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali F1H20 - Trade marks Komunitarji, internazzjonali Benelux u nazzjonali verbali u figurattivi F1 - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

    (2015/C 221/11)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Formula One Licensing BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment B. Klingberg, sussegwentment K. Sandberg, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Idea Marketing SA (Lausanne, l-Isvezja) (rappreżentanti: B. Brisset u O. Vanner, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Novembru 2012, (Każ R 1247/2011-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Formula One Licensing BV u Idea Marketing SA.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Formula One Licensing BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Idea Marketing SA.


    (1)  ĠU C 101, 6.4.2013.


    Top