Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FN0105

    Kawża F-105/13: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ottubru 2013 — ZZ et vs Il-Qorti tal-Awdituri

    ĠU C 15, 18.1.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 15/21


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2013 — ZZ et vs Il-Qorti tal-Awdituri

    (Kawża F-105/13)

    2014/C 15/32

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: A. Coolen, J-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

    Konvenut: Il-Qorti tal-Awdituri

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri, tat-13 ta’ Diċembru 2012, li l-kwistjoni ma titressaqx quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tintalab teżamina jekk S., li dak iż-żmien kienet membru tal-Qorti tal-Awdituri, kinitx waqfet tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa jew l-obbligi li jirriżultaw mill-kariga tagħha, u li ma tingħatax deċiżjoni dwar l-ilmenti tar-rikorrenti, li ma tittieħed ebda miżura ta’ natura li tirrikonoxxi b’mod pubbliku l-fastidju li tiegħu huma kienu vittmi, is-sofferenzi tagħhom, u li jittieħdu miżuri ta’ natura sabiex jiġu integrati mill-ġdid ir-reputazzjoni leża tagħhom, il-kredibbiltà tagħhom u d-dinjità tagħhom u li jingħataw kumpens għad-dannu morali u materjali subit.

    Talbiet tar-rikorrenti

    jannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 2012 tal-Qorti tal-Awdituri, bħala Awtorità tal-Ħatra, li ma tingħatax deċiżjoni dwar l-ilmenti tar-rikorrenti, li ma tittieħed ebda miżura ta’ natura li tirrikonoxxi b’mod pubbliku l-fastidju li tiegħu huma kienu vittmi, is-sofferenzi tagħhom, u li jittieħdu miżuri ta’ natura sabiex jiġu integrati mill-ġdid ir-reputazzjoni leża tagħhom, il-kredibbiltà tagħhom u d-dinjità tagħhom u li jingħataw kumpens għad-dannu morali u materjali subit;

    jikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.


    Top