EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FN0069

Kawża F-69/13: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 274, 21.9.2013, p. 24–24 (HR)
ĠU C 274, 21.9.2013, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/31


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-69/13)

2013/C 274/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deksrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-DĠI l-ġodda.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li jiġu kkalkulati s-snin ta’ servizz rikonoxxuti fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“iSPIUE”) f’każ ta’ trasferiment tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni għal din l-iskema, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (iktar ’il quddiem id-“DĠI”) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top