Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FN0053

    Kawża F-53/13: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Mejju 2013 — ZZ vs SEAE

    ĠU C 215, 27.7.2013, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 215, 27.7.2013, p. 10–10 (HR)

    27.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 215/20


    Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2013 — ZZ vs SEAE

    (Kawża F-53/13)

    2013/C 215/30

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u Abreu Caldas, avukati)

    Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġi promoss għall-grad AD 12 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2012.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 12 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2012;

    jikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.


    Top