Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FN0047

    Kawża F-47/13: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Mejju 2013 — ZZ vs Il-Kunsill

    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 20.7.2013, p. 15–15 (HR)

    20.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/63


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2013 — ZZ vs Il-Kunsill

    (Kawża F-47/13)

    2013/C 207/110

    Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali tal-grupp ta’ funzjonijiet AD proposti għal promozzjoni fl-2012.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Lulju 2012 Nru 63/12 tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li tikkonċerna l-lista tal-uffiċjali proposti għal promozzjoni matul is-sessjoni 2012 li fiha l-isem tar-rikorrent ma kienx inkluż kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-11 ta’ Frar 2011;

    jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni u interessi moratorji u kumpensatorji bir-rata ta’ 6.75 % għad-dannu morali u materjali subit;

    jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


    Top